+Artikolu 25b Il-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent
---+Artikolu 25b 1.
---+Artikolu 25b 2.
---+Artikolu 25b 3.
|
Artikolu 25b Il-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25b 1.
|
L-AETS ser tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti mar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 25(2b). Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) f’konformità mal-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha titlob minn kull CCP tal-Grad 2 dawn kollha li ġejjin:
(a)
konferma, mill-anqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punti (a), (c) u (d), għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;
(b)
informazzjoni u data fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-AETS tkun tista’ twettaq superviżjoni tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punt (a).
Fejn bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jikkunsidra li CCP tal-Grad 2 ma tibqax tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 25(2b), huwa għandu jinnotifika minnufih lill-AETS.
|
|
Artikolu 25b 2.
|
Fejn CCP tal-Grad 2 tonqos milli tagħti lill-AETS il-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew fejn l-AETS tirċievi notifika skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, is-CCP għandha titqies bħala li ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b) u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25p(2), (3) u (4).
|
|
Artikolu 25b 3.
|
L-AETS għandha, f’kooperazzjoni mal-BERS, twettaq valutazzjonijiet, tar-reżiljenza ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti għal żviluppi negattivi fis-suq f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, f’koordinazzjoni mal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7). Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jikkontribwixxu għal tali valutazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Fit-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet, l-AETS għandha tinkludi mill-inqas ir-riskji finanzjarji u operazzjonali, u tiżgura l-konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tas-CCPs tal-Unjoni mwettqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|