+Artikolu 25h Spezzjonijiet fil-post
---+Artikolu 25h 1.
---+Artikolu 25h 2.
---+Artikolu 25h 3.
---+Artikolu 25h 4.
---+Artikolu 25h 5.
---+Artikolu 25h 6.
---+Artikolu 25h 7.
|
Artikolu 25h Spezzjonijiet fil-post
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25h 1.
|
Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fil-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà ta’ negozju ta’ CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jressqu talba motivata lill-AETS biex jipparteċipaw f’tali spezzjonijiet fil-post fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 25h 2.
|
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ spezzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 25 g(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u kotba jew reġistri għall-perijodu ta’ spezzjoni u sal-punt neċessarju għaliha.
|
|
Artikolu 25h 3.
|
F’biżżejjed żmien qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tinnotifika l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun ser ssir l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni hekk jeħtieġu, l-AETS, wara li tinforma l-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz, tista’ twettaq l-ispezzjoni fil-post mingħajr notifika minn qabel lis-CCP. L-ispezzjonijiet imwettqa f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 25h 4.
|
CCPs tal-Grad 2 għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tiffissa d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 25h 5.
|
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, jistgħu, fuq it-talba tal-AETS, jassistu attivament lill-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati mill-AETS. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post.
|
|
Artikolu 25h 6.
|
L-AETS tista’ titlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz iwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25 g(1) f’isimha.
|
|
Artikolu 25h 7.
|
Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-AETS tista’ titlob lill-awtorità kompetenti kkonċernata tal-pajjiż terz tagħtihom l-għajnuna neċessarja, inkluża, fejn xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|