+Artikolu 25m L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
---+Artikolu 25m 1.
---+Artikolu 25m 2.
---+Artikolu 25m 3.
---+Artikolu 25m 4.
---+Artikolu 25m 5.

Artikolu 25m L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25m 1.
L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 25j u 25k ta’ dan ir-Regolament sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 25m 2.
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
Artikolu 25m 3.
Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz kif meħtieġ u għandha tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 25m 4.
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu infurzabbli.

L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn jitwettaq.

Artikolu 25m 5.
L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.