+Artikolu 30 Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikanti
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
|
Artikolu 30 Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza CCP sakemm ma tkunx ġiet infurmata bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti u bl-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza lil CCP meta ma tkunx sodisfatta dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew il-membri li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fis-CCP, meta tikkunsidra l-bżonn li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta’ CCP. Meta jkun ġie stabbilit kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, dak il-kulleġġ għandu joħroġ opinjoni dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew tal-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fis-CCP, skont l-Artikolu 19 f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Meta jeżistu konnessjonijiet mill-qrib bejn is-CCP u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta dawk il-konnessjonijiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex ittemm din is-sitwazzjoni, liema azzjoni tista’ tinkludi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-CCP. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu joħroġ opinjoni dwar jekk l-influwenza hijiex probabbli li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP u dwar il-miżuri previsti biex tintemm dik is-sitwazzjoni, skont l-Artikolu 19 u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
|
|
Artikolu 30 5.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza s-CCP meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika jew iżjed minn persuna waħda li dik is-CCP ikollha konnessjonijiet mill-qrib magħha/magħhom, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|