|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.Meta kontroparti ċentrali testernalizza funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet, għandha tibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tiżgura f’kull ħin li:
(a)
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabilità;
(b)
ir-relazzjoni u l-obbligi tal-kontroparti ċentrali lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha jew meta rilevanti lejn il-klijenti tagħhom ma jinbidlux;
(c)
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali effettivament ma jitbiddlux;
(d)
l-esternalizzazzjoni ma timpedix l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ superviżjoni u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fil-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk il-mandati;
(e)
l-esternalizzazzjoni ma twassalx sabiex il-kontroparti ċentrali tiċċaħħad mis-sistemi u kontrolli neċessarji għall-immaniġġjar tar-riskji li tiffaċċja;
(f)
il-fornitur tas-servizz jimplimenta rekwiżiti ekwivalenti tal-kontinwità tan-negozju għal dawk li għandhom jiġu ssodisfati minn kontroparti ċentrali skont dan ir-Regolament;
(g)
il-kontroparti ċentrali iżżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti u l-adegwatezza organizzattiva u kapitali tal-fornitur tas-servizz u biex tissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effikaċi u timmaniġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u tissorvelja dawn il-funzjonijiet u timmaniġja dawk ir-riskji fuq bażi kontinwa;
(h)
il-kontroparti ċentrali jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tal-funzjonijiet esternalizzati;
(i)
il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtorità kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;
(j)
il-fornitur tas-servizzi jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kontroparti ċentrali u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha jew, meta dak il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit f’pajjiżi terz, jiżgura li l-istandards tal-protezzjoni tad-data ta’ dak il-pajjiż terz, jew dawk stabbiliti fil-ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, ikunu kumparabbli mal-istandards tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Unjoni. CCP ma għandhiex testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju għajr jekk din l-esternalizzazzjoni tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u għal opinjoni tal-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|