|
+Artikolu 38 10. |
Artikolu 38 10.L-AETS, f’kooperazzjoni mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika:
(a)
ir-rekwiżiti li l-għodda ta’ simulazzjoni għandha tikkonforma magħhom u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 6;
(b)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mis-CCPs lill-membri tal-ikklerjar rigward it-trasparenza tal-mudelli tal-marġni skont il-paragrafu 7;
(c)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom skont il-paragrafi 7 u 8; u
(d)
ir-rekwiżiti li s-simulazzjoni tal-marġni li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 8. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|