+Artikolu 38 Trasparenza
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.
---+Artikolu 38 8.
---+Artikolu 38 9.
---+Artikolu 38 10.
|
Artikolu 38 Trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
CCP u l-membri tal-ikklerjar tagħha għandhom pubblikament jiżvelaw il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi fornuti. Għandhom jiżvelaw il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz fornut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. CCP għandha tippermetti l-membri tal-ikklerjar tagħha u, meta rilevanti, il-klijenti tagħhom, aċċess separat għas-servizzi speċifiċi fornuti. CCP għandha tagħti rendikont separat tal-ispejjeż u d-dħul tas-servizzi fornuti u għandha tiżvela dik l-informazzjoni lill-AETS u lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 38 2.
|
CCP għandha tiżvela lill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti r-riskji assoċjati mas-servizzi fornuti.
|
|
Artikolu 38 3.
|
CCP għandha tiżvela lill-AETS, lill-membri tagħha tal-ikklerjar u lill-awtorità kompetenti tagħha l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-iskoperturi tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklerjar tagħha. CCP għandha tiżvela pubblikament il-volumi tat-tranżazzjonijiet ikklerjati għal kull klassi ta’ strumenti kklerjata mill-kontroparti ċentrali fuq bażi aggregata.
|
|
Artikolu 38 4.
|
CCP għandha tiżvela pubblikament ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-format tal-kontenut u tal-messaġġ li tuża fl-interazzjoni ma’ terzi, inklużi ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi msemmija fl-Artikolu 7.
|
|
Artikolu 38 5.
|
CCP għandha tiżvela pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li żvelar ta’ dan it-tip ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti.
|
|
Artikolu 38 6.
|
CCP għandha tipprovdi għodda ta’ simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġni inizjali addizzjonali, fil-livell ta’ portafoll, li s-CCP tista’ tirrikjedi mal-ikklerjar ta’ tranżazzjoni ġdida, inkluża simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li jaf ikunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta’ aċċess sigur, u r-riżultati tas-simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.
|
|
Artikolu 38 7.
|
CCP għandha tforni lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża, inklużi metodoloġiji għal kwalunkwe suppliment, b’mod ċar u trasparenti. Dik l-informazzjoni għandha:
(a)
tispjega b’mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jaħdem, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress;
(b)
tiddeskrivi b’mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;
|
|
Artikolu 38 8.
|
Il-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’mill-inqas dan li ġej:
(a)
informazzjoni dwar il-mod kif jaħdmu l-mudelli tal-marġni tas-CCP;
(b)
informazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiskattaw sejħiet tal-marġni;
(c)
informazzjoni dwar il-proċeduri użati biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi depożitat mill-klijenti; u
(d)
simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li l-klijenti jistgħu jkunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti.
Għall-finijiet tal-punt (d), is-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni għandha tiżgura li s-simulazzjoni tinkludi kemm il-marġnijiet meħtieġa mis-CCP kif ukoll kwalunkwe marġni addizzjonali meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti li jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar infushom. Ir-riżultati ta’ tali simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti. Fuq talba ta’ membru tal-ikklerjar, CCP għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lil dak il-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta skont il-paragrafi 1 sa 7. Meta l-membru tal-ikklerjar jew klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar, u meta xieraq, għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom.
|
|
Artikolu 38 9.
|
Il-membri tal-ikklerjar tas-CCP u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jinformaw b’mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf potenzjali jew kostijiet oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza u l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni skont ir-regoli operattivi tas-CCP, inkluż it-tip ta’ kumpens li jistgħu jirċievu, filwaqt li jqisu l-Artikolu 48(7). Il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata suffiċjenti biex jiġi żgurat li jifhmu t-telf tal-agħar każ u spejjeż oħra li jistgħu jiffaċċjaw li kieku s-CCP tieħu miżuri ta’ rkupru.
|
|
Artikolu 38 10.
|
L-AETS, f’kooperazzjoni mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika:
(a)
ir-rekwiżiti li l-għodda ta’ simulazzjoni għandha tikkonforma magħhom u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 6;
(b)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mis-CCPs lill-membri tal-ikklerjar rigward it-trasparenza tal-mudelli tal-marġni skont il-paragrafu 7;
(c)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom skont il-paragrafi 7 u 8; u
(d)
ir-rekwiżiti li s-simulazzjoni tal-marġni li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 8.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|