+Artikolu 54 Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabbiltà
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
|
Artikolu 54 Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
Arranġament tal-interoperabbiltà, jew kwalunkwe bidla materjali għal arranġament tal-interoperabbiltà approvat skont it-Titolu V għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs involuti. L-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs għandhom jitolbu l-opinjoni tal-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità mal-Artikolu 19, u maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.
|
|
Artikolu 54 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabilità biss meta l-kontropartijiet ċentrali involuti jkunu ġew awtorizzati jikklerjaw skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 jew awtorizzati skont sistema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni li kienet teżisti minn qabel għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jintlaħqu u l-kundizzjonijiet tekniċi għall-ikklerjar ta’ transazzjonijiet taħt it-termini tal-arranġament jippermettu funzjonament mingħajr ostakli u ordnat tas-swieq finanzjarji u li l-arranġament ma jxekkilx l-effikaċja tas-superviżjoni.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-kontropartijiet ċentrali nvoluti. Għandha wkoll tinnotifika lill-AETS, li għandha toħroġ opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażijiet għal ċaħda tal-arranġament tal-interoperabilità. L-opinjoni tal-AETS għandha tkun disponibbli għall-kontropartijiet ċentrali kollha involuti. Fejn l-opinjoni tal-AETS ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, dik l-awtorità kompetenti għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-AETS.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Sal-25 ta’ Ġunju 2026, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu stabbiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi għal dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ.
|
|
Artikolu 54 5.
|
L-AETS, wara li tikkonsulta lill-membri tas-SEBĊ u tal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika r-rekwiżiti għas-CCPs biex jiġu ġestiti r-riskji li jinqalgħu minn arranġamenti tal-interoperabbiltà b’mod xieraq. Għal dak l-għan, l-AETS għandha tqis il-linji gwida maħruġa skont il-paragrafu 4 u tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet inklużi fihom humiex xierqa fil-każ ta’ arranġamenti tal-interoperabbiltà li jkopru t-tipi kollha ta’ prodotti jew kuntratti, inklużi kuntratti tad-derivati u strumenti mhux finanzjarji. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|