+Artikolu 65 Multi
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
|
Artikolu 65 Multi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, dan għandu jadotta deċiżjoni li timponi multa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur min-naħa ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS tiskopri fatturi oġġettivi li juru li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew id-diriġenza għolja tiegħu aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.
|
|
Artikolu 65 2.
|
L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-limiti li ġejjin:
(a)
għall-ksur imsemmi fil-punt (c) tat-Taqsima I tal-Anness I u fil-punti (c) sa (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punti (a) u (b) tat-Taqsima III tal-Anness I l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 10 000 u m’għandhomx jeċċedu l-
►M12
EUR 200 000 ◄ ;
▼M12
(b)
għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (k) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu l-EUR 100 000 ;
▼M12
(c)
għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu EUR 10 000 .
▼B
Biex jiġi deċiż jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun fil-parti l-baxxa, tan-nofs jew għolja tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tqis il-fatturat annwali tas-sena tan-negozju preċedenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali inqas minn EUR 1 miljun, fil-parti tan-nofs tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali bejn EUR 1 u 5 miljun u fil-parti għolja tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali ogħla minn EUR 5 miljun.
|
|
Artikolu 65 3.
|
L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew attenwanti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness II. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
|
|
Artikolu 65 4.
|
Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa m’għandux jeċċedi l-20 % tal-fatturat annwali tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun kiseb benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju. Meta att jew ommissjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dawn it-tipi ta’ ksur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|