+Artikolu 73 Miżuri ta’ superviżjoni mill-AETS
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
|
Artikolu 73 Miżuri ta’ superviżjoni mill-AETS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 73 1.
|
Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, din għandha tieħu deċiżjoni jew aktar minn dawn li ġejjin li:
(a)
tesiġi li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iġib il-ksur fi tmiemu;
(b)
timponi multi skont l-Artikolu 65;
(d)
bħala l-aħħar miżura, tirtira r-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 73 2.
|
Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwat li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
(b)
jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriżi jew fis-sistemi ta’ mmaniġġjar jew fil-kontrolli interni tagħha;
(c)
jekk ingħatx bidu għal reat finanzjarju, jekk ġix iffaċilitat jew li b’xi mod huwa attribwibbli għall-ksur;
(d)
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.
|
|
Artikolu 73 3.
|
Mingħajr dewmien bla bżonn, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mill-adozzjoni tagħha. Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. l-AETS għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt għar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat li jappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-AETS li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|