+Artikolu 77 Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
|
Artikolu 77 Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77 1.
|
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9 biss wara r-rikonoxximent tiegħu mill-AETS f’konformità mal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 77 2.
|
Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huma awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li:
(a)
ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont l-Artikolu 75(1), bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;
(b)
daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2); u
(c)
daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) biex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa.
Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat. L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|