|
+Artikolu 77 2. |
Artikolu 77 2.Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huma awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li:
(a)
ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont l-Artikolu 75(1), bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;
(b)
daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2); u
(c)
daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) biex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa. Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat. L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|