|
+Artikolu 81 3. |
Artikolu 81 3.Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
(a)
l-ESMA;
(b)
l-EBA;
(c)
l-EIOPA;
(d)
il-BERS;
(e)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jkollhom aċċess għar-repożitorju tat-transazzjonijiet;
(f)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja ċ-ċentri tan-negozjar tal-kuntratti rrapportati;
(g)
il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 25 );
(h)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;
(i)
l-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );
(j)
l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom jkopru l-kuntratti, is-swieq, il-parteċipanti u l-istrumenti sottostanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(k)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76;
(l)
l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );
(m)
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 );
(n)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(o)
awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1024/2013 u (UE) Nru 909/2014 u tad-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, u 2014/65/UE, u awtoritajiet superviżorji skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE;
(p)
l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament;
(q)
l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76a;
(r)
l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2021/23;
(t)
l-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ( 29 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|