+Artikolu 82 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 82 1.
---+Artikolu 82 2.
---+Artikolu 82 3.
---+Artikolu 82 4.
---+Artikolu 82 5.
---+Artikolu 82 6.
|
Artikolu 82 Eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 82 1.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 82 2.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(7), fl-Artikolu 11(3a), fl-Artikolu 11(12a), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70 u fl-Artikolu 72(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-24 ta’ Diċembru 2024.
|
|
Artikolu 82 3.
|
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(7), fl-Artikolu 11(3a), fl-Artikolu 11(12a), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70 u fl-Artikolu 72(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 82 4.
|
Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tikkonsulta lill-AETS u għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
|
|
Artikolu 82 5.
|
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 82 6.
|
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(6), l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 4(3a), l-Artikolu 7a(7), l-Artikolu 11(3a), l-Artikolu 11(12a), l-Artikolu 25(2a), l-Artikolu 25(6a), l-Artikolu 25a(3), l-Artikolu 25d(3), l-Artikolu 25i(7), l-Artikolu 25o, l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70 jew l-Artikolu 72(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|