|
+Artikolu 85 11. |
Artikolu 85 11.Sal-25 ta’ Diċembru 2026, l-AETS, b’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu:
(a)
jiddefinixxi fid-dettall il-kunċett ta’ proċikliċità fil-kuntest tal-Artikolu 41 għal marġnijiet mitluba minn CCP u l-Artikolu 46 għal telf impost applikat għal kollateral miżmum minn CCP;
(b)
jivvaluta kif id-dispożizzjonijiet kontra l-proċikliċità ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 ( 33 ) ġew applikati matul is-snin u jekk humiex meħtieġa aktar miżuri biex jittejjeb l-użu ta’ għodod kontra l-proċikliċità;
(c)
jinforma dwar kif l-għodod kontra l-proċikliċità jistgħu jew ma jistgħux jirriżultaw f’żidiet fil-marġni li jkunu akbar milli mingħajr l-applikazzjoni ta’ dawn l-għodod, filwaqt li jitqiesu supplimenti jew kumpensi potenzjali li CCP titħalla tapplika skont dan ir-Regolament. Fit-tħejjija tar-rapport, l-AETS għandha tivvaluta wkoll ir-regoli li japplikaw għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw il-proċikliċità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|