|
+Artikolu 85 14. |
Artikolu 85 14.Sal-25 ta’ Diċembru 2028, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu, f’kooperazzjoni mal-BERS, jivvaluta jekk:
(a)
is-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar għandhom jitqiesu bħala sistemikament importanti;
(b)
il-forniment ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar mill-fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar irriżulta f’riskju akbar għall-ekosistema finanzjarja tal-Unjoni; u
(c)
l-eżenzjoni rriżultat fi kwalunkwe ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4. Fi żmien 18-il xahar mit-trażmissjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-aspetti ppreżentati mill-AETS fir-rapport tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|