|
+ANNESS IV Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3) |
ANNESS IV Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3)
ANNESS IV Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3) Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b’mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmijin fl-Artikolu 25j(2):
I.
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi aggravanti:
(a)
jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1 ;
(b)
jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5 ;
(c)
jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tas-CCP, b’mod partikolari fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni jew il-kontrolli interni tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2 ;
(d)
jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 ;
(e)
jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;
(f)
jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7 ;
(g)
jekk id-diriġenza għolja tas-CCP ma tkunx ikkooperat mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 .
II.
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi mitiganti:
(a)
jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9 ;
(b)
jekk id-diriġenza għolja tas-CCP tista’ turi li ħadet il-miżuri kollha neċessarji biex tipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,7 ;
(c)
jekk is-CCP tkun ġibdet l-attenzjoni tal-AETS għall-ksur malajr, b’mod effettiv u sħiħ, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,4 ;
(d)
jekk is-CCP tkun ħadet miżuri volontarji biex tiżgura li ksur simili ma jkunx jista’ jseħħ fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,6 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|