+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
(2)
“ditta tal-investiment” tfisser kwalunkwe ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(3)
“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(4)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(5)
“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(6)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(7)
“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser sistema multilaterali kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(8)
“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser sistema jew faċilità fl-Unjoni kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(9)
“prattika tas-suq aċċettata” tfisser prattika tas-suq speċifika li hija aċċettata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 13;
(10)
“post tan-negozjar” tfisser post tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(11)
“suq ta’ tkabbir tal-SMEs” tfisser suq ta’ tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(12)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura skont l-Artikolu 22, ħlief jekk jingħad mod ieħor f’dan ir-Regolament;
(13)
“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;
(14)
“komodità” tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (
2
);
(15)
“kuntratt spot tal-komoditajiet” tfisser kuntratt għall-provvista ta’ komodità nnegozjata f’suq spot li tiġi kkonsenjata fil-pront meta titlesta t-tranżazzjoni, u kuntratt għall-provvista ta’ komodità li ma jkunx strument finanzjarju, inkluż kuntratt forward li għandu jingħalaq fiżikament;
(16)
“suq spot” tfisser kwalunkwe suq ta’ komoditajiet li fih il-komoditajiet jinbigħu għal flus kontanti u jiġu kkonsenjati fil-pront malli titlesta t-tranżazzjoni, u swieq mhux finanzjarji oħra, bħal swieq forward għall-komoditajiet.
(17)
“programm ta’ riakkwist” tfisser in-negozjar fl-ishma proprji bi qbil mal-Artikoli 21 sa 27 tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(18)
“negozjar algoritmiku” tfisser negozjar algoritmiku kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(19)
“kwota tal-emissjonijiet” tfisser kwota tal-emissjonijiet kif deskritta fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;
(20)
“parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe persuna li tagħmel tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, ta’ kwoti tal-emissjonijiet, prodotti irkantati insejsa fuqhom, jew derivattivi tagħhom u li ma jgawdux minn eżenzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2);
(21)
“emittent” tfisser entità legali rregolata mid-dritt pubbliku jew privat, li toħroġ jew tipproponi li jinħarġu strumenti finanzjarji, fejn l-emittent huwa, fil-każ ta’ rċevuti depożitarji li jirappreżentaw l-istrumenti finanzjarji, l-emittent tal-istrument finanzjarju rappreżentat.
(22)
“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodott tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt(4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(23)
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(24)
“derivati ta’ komoditajiet” tfisser derivati ta’ komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
(25)
“persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali” tfisser persuna f’emittent, f’parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jew xi entita oħra imsemmija fl-Artikolu 19(10), li hija:
(a)
membru tal-korp ta’ amministrazzjoni, ġestjoni jew superviżjoni ta’ dik l-entità; jew
(b)
uffiċjal eżekuttiv għoli li ma jkunx membru tal-korpi referuti fil-punt (a), li jkollu aċċess regolari għal informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lil dik l-entità, u l-poter li jieħu deċiżjonijiet maniġerjali li jaffettwaw l-iżviluppi futuri u l-prospetti tan-negozju ta’ dik l-entità.
(26)
“Persuna assoċjati mill-qrib” tfisser:
(a)
konjuġi, jew sieħeb meqjus bħala ekwivalenti għal konjuġi skkont il-liġi nazzjonali;
(b)
wild dipendenti skont il-liġi nazzjonali;
(c)
qarib, li jkun għex fl-istess dar għal mhux inqas minn sena fid-data tat-tranżazzjoni kkonċernata; jew
▼C1
(d)
persuna ġuridika, trust jew soċjetà, li r-responsabbiltajiet maniġerjali tagħha jitwettqu minn persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew minn persuna msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li tkun direttament jew indirettament ikkontrollata minn tali persuna, jew li tkun stabbilita għall-benefiċċju ta' tali persuna, jew li l-interessi ekonomiċi tagħha jkunu sostanzjalment ekwivalenti għal dawk ta' tali persuna;
▼B
(27)
“rekords tat-traffiku tad-data” tfisser rekords ta’ traffiku tad-data kif definit fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(28)
“persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet” tfisser persuna involuta professjonalment fir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji;
(29)
“parametru ta’ referenza” tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew ċifra, magħmula disponibbli għall-pubbliku jew ippubblikata li hija determinata perjodikament jew regolarment bl-applikazzjoni ta’ formula għal, jew abbażi ta’: l-valur ta’ assi jew prezz sottostanti wieħed jew aktar, inklużi stimi tal-prezzijiet, tar-rati tal-imgħax jew ta’ valuri oħra attwali jew stmati, jew stħarriġ, u li b’referenza għalihom jiġi determinat l-ammont li għandu jitħallas taħt strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju;
(30)
“ġeneratur tas-suq” tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(31)
“Stakebuilding” tfisser akkwist ta’ titoli f’kumpanija li ma jiskattax obbligu legali jew regolatorju li titħabbar offerta ta’ takeover fir-rigward ta’ dik il-kumpanija;
(32)
“parteċipant fis-suq li jiżvela” tirreferi għal persuna fiżika jew ġuridika li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(2), u li tiżvela informazzjoni matul sondaġġ tas-suq;
(33)
“innegozjar ta’ frekwenza għolja” tfisser innegozjar ta’ frekwenza għolja kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(34)
“informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment” tfisser:
(i)
informazzjoni prodotta minn analista indipendenti, ditta tal-investimenti, istituzzjoni tal-kreditu, kwalunkwe persuna oħra li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipproduċi rakkomandazzjonijet ta’ investiment jew persuna fiżika li taħdem għalihom b’kuntratt ta’ impjieġ jew xorta oħra, li, b’mod dirett jew indirett, jesprimu proposti partikolari dwar investiment rigward strument finanzjarju jew emittent; jew
(ii)
informazzjoni prodotta minn persuni oħra għajr dawk imsemmija f’punt (i) li jipproponu deċiżjoni partikolari dwar investiment b’mod dirett rigward strument finanzjarju;
(35)
“rakkomandazzjonijiet ta’ investiment” tfisser informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, b’mod espliċitu jew impliċitu, li tirrigwarda strument finanzjarju wieħed jew aktar jew l-emittenti, inkluża kull opinjoni dwar il-valur jew il-prezz attwali jew futur ta’ tali strumenti, maħsuba għall-kanali tad-distribuzzjoni jew għall-pubbliku;
▼M5
(36)
“internalizzatur sistematiku” ifisser internalizzatur sistematiku kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (20), tad-Direttiva 2014/65/UE.
▼B
|
|
Artikolu 3 2.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 5, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“titoli” tfisser:
(i)
ishma u titoli oħra ekwivalenti għal ishma;
(ii)
bonds u tipi oħra ta’ debitu garantit; jew
(iii)
debitu garantit li jista’ jiġi kkonvertit jew skambjat f’ishma jew f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma.
(b)
“strumenti assoċjati” tfisser l-istrumentri finanzjarji li ġejjin, inklużi dawk li ma jkunux ammessi għall-kummerċ jew negozjati f’post tan-negozjar, jew li għalihom ma tkunx saret talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’post tan-negozjar:
(i)
kuntratti jew drittijiet għas-sottoskrizzjoni għall-kisba jew id-disponiment mit-titoli;
(ii)
derivati finanzjarji fuq it-titoli;
(iii)
meta t-titoli jkunu strumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati, it-titoli li fihom jistgħu jiġu kkonvertiti jew skambjati dawn l-istrumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;
(iv)
strumenti li jinħarġu jew li jiġu ggarantiti minn min joħroġ it-titoli jew il-garanti tagħhom u li l-prezz tas-suq tagħhom x’aktarx li jinfluwenza materjalment il-prezz tat-titoli, jew bil-maqlub;
(v)
meta t-titoli jkunu titoli ekwivaenti għall-ishma, l-ishma rrappreżentati minn dawn it-titoli (u kull titolu ieħor ekwivalenti għal dawn l-ishma);
(c)
“distribuzzjoni sinifikanti” tfisser offerta tal-bidu jew sekondarja tat-titoli rilevanti li tkun distinta mill-kummerċ ordinarju kemm f’termini tal-ammont fil-valur tat-titoli li se jiġu offruti u kemm fil-metodu tal-bejgħ li se jintuża;
(d)
“stabbilizzazzjoni” tfisser kull xiri jew offerta għax-xiri tat-titoli, jew transazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, li jitwettqu minn ditta ta’ investiment jew minn istituzzjonijiet tal-kreditu, fil-kuntest ta’ distribuzzjoni sinifikanti ta’ tali titoli esklużivament biex jiġi appoġġat il-prezz tas-suq ta’ dawk it-titoli għal perjodu ta’ żmien stabbilit bil-quddiem, minħabba l-pressjoni tal-bejgħ f’dawn it-titoli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|