|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Għall-finijiet tal-Artikolu 5, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“titoli” tfisser:
(i)
ishma u titoli oħra ekwivalenti għal ishma;
(ii)
bonds u tipi oħra ta’ debitu garantit; jew
(iii)
debitu garantit li jista’ jiġi kkonvertit jew skambjat f’ishma jew f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma.
(b)
“strumenti assoċjati” tfisser l-istrumentri finanzjarji li ġejjin, inklużi dawk li ma jkunux ammessi għall-kummerċ jew negozjati f’post tan-negozjar, jew li għalihom ma tkunx saret talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’post tan-negozjar:
(i)
kuntratti jew drittijiet għas-sottoskrizzjoni għall-kisba jew id-disponiment mit-titoli;
(ii)
derivati finanzjarji fuq it-titoli;
(iii)
meta t-titoli jkunu strumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati, it-titoli li fihom jistgħu jiġu kkonvertiti jew skambjati dawn l-istrumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;
(iv)
strumenti li jinħarġu jew li jiġu ggarantiti minn min joħroġ it-titoli jew il-garanti tagħhom u li l-prezz tas-suq tagħhom x’aktarx li jinfluwenza materjalment il-prezz tat-titoli, jew bil-maqlub;
(v)
meta t-titoli jkunu titoli ekwivaenti għall-ishma, l-ishma rrappreżentati minn dawn it-titoli (u kull titolu ieħor ekwivalenti għal dawn l-ishma);
(c)
“distribuzzjoni sinifikanti” tfisser offerta tal-bidu jew sekondarja tat-titoli rilevanti li tkun distinta mill-kummerċ ordinarju kemm f’termini tal-ammont fil-valur tat-titoli li se jiġu offruti u kemm fil-metodu tal-bejgħ li se jintuża;
(d)
“stabbilizzazzjoni” tfisser kull xiri jew offerta għax-xiri tat-titoli, jew transazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, li jitwettqu minn ditta ta’ investiment jew minn istituzzjonijiet tal-kreditu, fil-kuntest ta’ distribuzzjoni sinifikanti ta’ tali titoli esklużivament biex jiġi appoġġat il-prezz tas-suq ta’ dawk it-titoli għal perjodu ta’ żmien stabbilit bil-quddiem, minħabba l-pressjoni tal-bejgħ f’dawn it-titoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|