|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:
(a)
kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, sabiex jiksbu pożizzjoni dominanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li għandha, jew x’aktarx ikollha, l-effett li tistabbilixxi, direttament jew indirettament, prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew toħloq, jew x’aktarx toħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;
(b)
ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, fil-ftuħ jew fl-għeluq tas-suq, li għandu jew x’aktarx ikollu l-effett li l-investituri jiġu mqarrqa abbażi tal-prezzijiet li jintwerew, inklużi l-prezzijiet tal-ftuħ jew tal-għeluq,
(c)
it-tqegħid ta’ ordnijiet lejn post tan-negozjar, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, inklużi mezzi elettroniċi, bħal strateġiji algoritmiċi u ta’ frekwenza għolja, u li għandu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), billi:
(i)
jfixkel jew jittardja l-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan;
(ii)
jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra jidentifikaw ordnijiet ġenwini fis-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan, inkluż billi jinħarġu ordnijiet li jirriżultaw fit-tagħbija eċċessiva jew id-destabbilizzazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet; jew
(iii)
joħloq jew x’aktarx li joħloq impressjoni falza jew qarrieqa dwar il-provvista jew id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex tinbeda jew titkabbar tendenza.
(d)
jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet (jew indirettament dwar l-emittent tiegħu) waqt li qabel ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jew kuntratt spot relatati mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet u sussegwentement isir profitt mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak l-istrument, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, mingħajr ma jiġi żvelat simultanjament dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.
(e)
ix-xiri jew il-bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew derivati relatati qabel l-irkant imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 bl-effett li jiġi stabbilit il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant għall-prodotti rkantati fuq livell anormali jew artifiċjali jew li offerenti li jagħmlu l-offerti fl-irkant jiġu mqarrqa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|