+Artikolu 18 Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
|
Artikolu 18 Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom, kull wieħed minnhom:
(a)
ifasslu lista tal-persuni kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata u li qed jaħdmu għalihom taħt kuntratt ta’ impjieg, jew inkella jwettqu kompiti li permezz tagħhom għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata, bħal konsulenti, kontabilisti jew aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (lista’ ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata);
(b)
jaġġornaw il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata fil-pront skont il-paragrafu 4; u
(c)
jipprovdu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun fuq talba tagħha.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fuq il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħraf bil-miktub id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u tkun konxja mis-sanzjonijiet applikabbli għal abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata. Fejn persuna oħra tintalab mill-emittent tfassal u taġġorna l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, l-emittent għandu jibqa’ kompletament responsabbli għall-konformità ma’ dan l-Artikolu. L-emittent għandu dejjem iżomm dritt ta’ aċċess għal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata li l-persuna l-oħra tkun qed tfassal.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandha tinkludi tal-anqas:
(a)
l-identità ta’ kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata;
(b)
ir-raġuni għaliex dik il-persuna ddaħħlet fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;
(c)
id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata; u
(d)
id-data li fiha nkitbet il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom, kull wieħed minnhom, jaġġornaw il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom fil-pront, inkluż id-data tal-aġġornament, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(a)
meta jkun hemm bidla fir-raġuni għaliex tiddaħħal persuna li tkun diġà fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;
(b)
meta jkun hemm persuna ġdida li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata u teħtieġ, għalhekk, tiżdied mal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata; u
(c)
meta persuna ma jibqax ikollha aċċess għal informazzjoni privileġġata.
Kull aġġornament għandu jispeċifika d-data u l-ħin meta tkun seħħet il-bidla li wasslet għall-aġġornament.
|
|
Artikolu 18 5.
|
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom iżommu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin wara li tkun tfasslet jew ġiet aġġornata.
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom ikunu intitolati li jinkludu fil-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-emittent, għandhom aċċess regolari għal informazzjoni privileġġata. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u fejn ġustifikat minn tħassib speċifiku dwar l-integrità tas-suq nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs biex jinkludu fil-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom il-persuni kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a). Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli fuq talba tagħha.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.
|
|
Artikolu 18 8.
|
Il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll:
(a)
għall-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna l-kwoti tal-emissjonijiet li tirriżulta fir-rigward tal-operat fiżiku ta’ dak il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet.
(b)
għal kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti fir-rigward tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew ta’ prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010.
|
|
Artikolu 18 9.
|
L-ESMA għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-format anqas impenjattiv tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għall-emittenti ammessi għan-negozju fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs sabiex testendi l-użu ta’ tali format għal-listi kollha ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmijin fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, l-ewwel u t-tieni subparagrafi. L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|