|
+Artikolu 19 1a. |
Artikolu 19 1a.L-obbligu ta' notifika msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji marbuta ma' ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent imsemmija f'dak il-paragrafu fejn fiż-żmien tat-tranżazzjoni tiġi sodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv li fiha l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-assi miżmuma minn impriża ta' investiment kollettiv;
(b)
l-istrument finanzjarju jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi li fihom l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-portafoll tal-assi;
(c)
l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv jew jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi u l-persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna ma tkunx taf, u b'mod raġonevoli ma tistax tkun taf, il-kompożizzjoni tal-investimenti jew l-espożizzjoni ta' din l-impriża ta' investiment kollettiv jew portafoll ta' assi f'relazzjoni mal-ishma jew strumenti ta' dejn tal-emittent, u barra minn hekk mhemmx raġuni biex dik il-persuna temmen li l-emittent ta' ishma jew ta' strumenti ta' dejn jeċċedi l-limiti fil-punt (a) jew (b). Jekk l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' investiment tal-impriża ta' investiment kollettiv jew l-espożizzjoni għall-portafoll ta' assi tkun disponibbli, persuna li għandha responsabbiltà maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex tagħmel użu minn dik l-informazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|