+Artikolu 19 Tranżazzjonijiet maniġerjali
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 1a.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.
---+Artikolu 19 12.
---+Artikolu 19 12a.
---+Artikolu 19 13.
---+Artikolu 19 14.
---+Artikolu 19 15.
|
Artikolu 19 Tranżazzjonijiet maniġerjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali, kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jinnotifikaw lill-emittent jew lil parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet u lill-awtorità kompetenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2:
(a)
b’ fir-rigward ta’ emittenti, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess relatata mal-ishma jew mal-istrumenti tad-dejn ta’ dak l-emittent, jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom,
(b)
fir-rigward ta’ parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess dwar makwoti tal-emissjonijiet, ma’ prodotti rkantati insejsa fuqhom jew ma’ derivati relatati magħhom.
Tali notifiki għandhom isiru fil-pront u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju wara d-data tat-tranżazzjoni. L-ewwel subparagrafu japplika ladarba l-ammont totali tat-tranżazzjonijiet ikun laħaq il-limitu stabbilit fil-paragrafu 8 jew 9, kif applikabbli, fi żmien sena kalendarja.
|
|
Artikolu 19 1a.
|
L-obbligu ta' notifika msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji marbuta ma' ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent imsemmija f'dak il-paragrafu fejn fiż-żmien tat-tranżazzjoni tiġi sodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv li fiha l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-assi miżmuma minn impriża ta' investiment kollettiv;
(b)
l-istrument finanzjarju jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi li fihom l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-portafoll tal-assi;
(c)
l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv jew jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi u l-persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna ma tkunx taf, u b'mod raġonevoli ma tistax tkun taf, il-kompożizzjoni tal-investimenti jew l-espożizzjoni ta' din l-impriża ta' investiment kollettiv jew portafoll ta' assi f'relazzjoni mal-ishma jew strumenti ta' dejn tal-emittent, u barra minn hekk mhemmx raġuni biex dik il-persuna temmen li l-emittent ta' ishma jew ta' strumenti ta' dejn jeċċedi l-limiti fil-punt (a) jew (b).
Jekk l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' investiment tal-impriża ta' investiment kollettiv jew l-espożizzjoni għall-portafoll ta' assi tkun disponibbli, persuna li għandha responsabbiltà maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex tagħmel użu minn dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu obbligi tan-notifika minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, t-transazzjonijiet kollha imwettqa għall-kont proprju tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu notifikati minn dawk il-persuni lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-regoli applikabbli tan-notifika, li magħhom il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġ ikunu konformi, għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri ta’ fejn l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet huwa reġistrat. In-notifika għandha ssir fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tat-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-emittent mhuwiex reġistrat fi Stat Membru, in-notifika għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini skont il-punt (i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE jew, fin-nuqqas ta’ dan, lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ negozjar.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jagħmel pubblika l-informazzjoni li tinsab f’notifika msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li jirċievi tali notifika. L-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu juża l-aktar midja affidabbli b’mod raġonevoli għat-tixrid effettiv ta’ informazzjoni lill-pubbliku madwar l-Unjoni, u, meta applikabbli, għandu juża l-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi f’l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE. Minflok, il-liġi nazzjonali tista’ tipprevedi li awtorità kompetenti tista’ tippubblika l-informazzjoni hija stess.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li:
(a)
talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat; jew
(b)
fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF.
|
|
Artikolu 19 5.
|
L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub. L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ifasslu lista tal-persuni kollha li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom. Il-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali għandhom jinnotifikaw lill-persuni assoċjati mill-qrib magħhom dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub u għandhom iżommu kopja ta’ din in-notifika.
|
|
Artikolu 19 6.
|
In-notifika tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:
(c)
l-isem tal-emittent rilevanti jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;
(d)
deskrizzjoni u l-identità tal-istrument finanzjarju;
(e)
in-natura tat-tranżazzjoni(jiet) (eż. akkwiżizzjoni jew ċessjoni), li tindika jekk hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta’ programmi għall-opzjonijiet fuq l-ishma jew mal-eżempji speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 7;
(f)
id-data u l-post tat-tranżazzjoni(jiet); kif ukoll
(g)
il-prezz u l-volum tat-tranżazzjoni(jiet). Fil-każ ta’ rahan li t-termini tiegħu jipprevedu li l-valur tiegħu jista’ jinbidel, dan għandu jiġi żvelat flimkien mal-valur tiegħu fid-data ta’ meta jkun sar ir-rahan.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu notifikati għandhom jinkludu wkoll:
(a)
il-wiegħda jew is-self ta’ strumenti finanzjarji minn jew f’isem persuna li twettaq resposabiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1;
(b)
tranżazzjonijiet imwettqa minn persuna li teżegwixxi jew tagħmel l-arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew minn persuna oħra f’isem persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fejn tinżamm id-diskrezzjoni;
(c)
tranżazzjonijiet magħmula taħt polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), meta:
(i)
id-detentur tal-polza hija persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1,
(ii)
ir-riskju tal-investiment jinġarr mid-detentur tal-polza, u
(iii)
id-detentur tal-polza għandu s-setgħa jew id-diskrezzjoni li jieħu deċiżjonijiet dwar l-investiment fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi f’dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew li jeżegwixxi tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi għal dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.
Għall-finijiet tal-punt (a), rahan, jew interess ta’ garanzija simili, ta’ strumenti finanzjarji b’rabta mad-depożitu tal-istrumenti finanzjarji f’kont ta’ kustodja m’hemmx bżonn ikun notifikat, sakemm u sa meta tali rahan jew interess ta’ garanzija ieħor ma jkunx speċifikat biex jiggarantixxi faċilità ta’ kreditu speċifika. Għall-finijiet tal-punt (b), it-tranżazzjonijiet imwettqa f'ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent jew derivattivi jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom minn maniġers ta' impriża ta' investiment kollettiv li fihom persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib magħhom investiet, ma għandhomx għalfejn ikunu notifikati fejn il-maniġer tal-impriża ta' investiment kollettiv jopera b'diskrezzjoni sħiħa, li jeskludi l-maniġer milli jirċievi kwalunkwe istruzzjoni jew suġġerimenti dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll direttament jew indirettament mingħand l-investituri f'dik l-impriża ta' investiment kollettiv. Sa fejn detentur ta’ polza ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa meħtieġ jinnotifika t-tranżazzjonijiet skont dan il-paragrafu, il-kumpanija tal-assigurazzjoni m’għandhiex id-dmir li tinnotifika.
|
|
Artikolu 19 8.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni sussegwenti ladarba jkun intlaħaq ammont totali ta’ EUR 20 000 f’sena kalendarja. Il-livell limitu ta’ EUR 20 000 għandu jiġi kkalkolat billi jingħaddu, mingħajr netting, it-tranżazzjonijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 19 9.
|
Awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżid il-livell limitu stabbilit fil-paragrafu 8 għal EUR 50 000 jew li tnaqqsu għal EUR 10 000 u għandha tinforma lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha u bil-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha, b’referenza speċifika għall-kundizzjonijiet tas-suq, li tadotta livell limitu ogħla jew iktar baxxqabel l-applikazzjoni tiegħu. L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista ta’ livelli limitu li japplikaw f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti għal tali livelli limitu.
|
|
Artikolu 19 10.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal tranżazzjonijiet minn persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti involuti fl-irkanti li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u persuni assoċjati mill-qrib ma’ tali persuni sa fejn it-tranżazzjonijiet tagħhom jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, derivati tagħhom jew prodotti rkantati bbażati fuqhom. Dawn il-persuni għandhom jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom għall-pjattaformi ta’ rkantar, irkantaturi jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, u lill-awtorità kompetenti fejn il-pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, huwa rreġistrat. L-informazzjoni li hija notifikata b’dan il-mod għandha ssir pubblika mill-pjattaformi tal-irkant, l-irkantaturi, is-sorveljatur tal-irkant jew l-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 19 11.
|
Mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15, persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan emittent m’għandhiex twettaq kwalunkwe tranżazzjonijiet għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, fir-rigward tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn tal-emittent jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom, matul perjodu magħluq ta’ tletin jum kalendarju qabel jitħabbar rapport finanzjarju interim jew rapport ta’ tmiem is-sena li l-emittent huwa obbligat jippubblika skont:
(a)
ir-regoli tal-post tan-negozjar fejn l-ishma tal-emittent huma ammessi għan-negozjar: jew
|
|
Artikolu 19 12.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, emittent jista jħalli persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdanu tinnegozja jew tagħmel tranżazzjonijiet għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza matul perjodu magħluq kif imsemmi fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu:
(a)
skont il-każ minħabba l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal diffikultajiet finanzjarji kbar, li jirrikjedu l-bejgħ immedjat ta’ ishma jew ta’ strumenti finanzjarji oħra li mhumiex ishma; jew
(b)
minħabba l-karatteristiċi tal-kummerċ involut għal tranżazzjonijiet magħmulin taħt, jew relatati ma’, skema ta’ ishma jew ta’ tfaddil għall-impjegati u skemi tal-impjegati li jikkonċernaw strumenti finanzjarji għajr ishma, kwalifika jew intitolament ta’ ishma u kwalifiki jew intitolamenti ta’ strumenti finanzjarji għajr ishma, jew tranżazzjonijiet li fihom ma jinbidilx l-interess benefiċjarju fit-titolu rilevanti;
|
|
Artikolu 19 12a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, emittent għandu jippermetti li persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdanha tinnegozja jew tagħmel tranżazzjonijiet għall-kont tagħha jew għall-kont ta’ parti terza matul perjodu magħluq kif imsemmi fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, f’każ ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet kummerċjali li mhumiex relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ investiment attiv meħuda mill-persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali, jew li jirriżultaw esklużivament minn fatturi esterni jew azzjonijiet ta’ partijiet terzi, jew li huma tranżazzjonijiet jew attivitajiet kummerċjali, inkluż l-eżerċizzju ta’ derivattivi, abbażi ta’ termini predeterminati.
|
|
Artikolu 19 13.
|
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-emittent jista’ jippermetti n-negozjar matul perjodu magħluq, kif imsemmi fil-paragrafu 12, inklużi ċ-ċirkustanzi li jkunu meqjusa bħala eċċezzjonali u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiġġustifikaw il-permess biex isir negozjar.
|
|
Artikolu 19 14.
|
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiskattaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 19 15.
|
Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u mudell li permezz tiegħu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata u ppubblikata. L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|