+Artikolu 19 7.

Artikolu 19 7.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu notifikati għandhom jinkludu wkoll:

(a) 

il-wiegħda jew is-self ta’ strumenti finanzjarji minn jew f’isem persuna li twettaq resposabiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1;

(b) 

tranżazzjonijiet imwettqa minn persuna li teżegwixxi jew tagħmel l-arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew minn persuna oħra f’isem persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fejn tinżamm id-diskrezzjoni;

(c) 

tranżazzjonijiet magħmula taħt polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), meta:

(i) 

id-detentur tal-polza hija persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1,

(ii) 

ir-riskju tal-investiment jinġarr mid-detentur tal-polza, u

(iii) 

id-detentur tal-polza għandu s-setgħa jew id-diskrezzjoni li jieħu deċiżjonijiet dwar l-investiment fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi f’dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew li jeżegwixxi tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi għal dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

Għall-finijiet tal-punt (a), rahan, jew interess ta’ garanzija simili, ta’ strumenti finanzjarji b’rabta mad-depożitu tal-istrumenti finanzjarji f’kont ta’ kustodja m’hemmx bżonn ikun notifikat, sakemm u sa meta tali rahan jew interess ta’ garanzija ieħor ma jkunx speċifikat biex jiggarantixxi faċilità ta’ kreditu speċifika.

Għall-finijiet tal-punt (b), it-tranżazzjonijiet imwettqa f'ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent jew derivattivi jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom minn maniġers ta' impriża ta' investiment kollettiv li fihom persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib magħhom investiet, ma għandhomx għalfejn ikunu notifikati fejn il-maniġer tal-impriża ta' investiment kollettiv jopera b'diskrezzjoni sħiħa, li jeskludi l-maniġer milli jirċievi kwalunkwe istruzzjoni jew suġġerimenti dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll direttament jew indirettament mingħand l-investituri f'dik l-impriża ta' investiment kollettiv.

Sa fejn detentur ta’ polza ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa meħtieġ jinnotifika t-tranżazzjonijiet skont dan il-paragrafu, il-kumpanija tal-assigurazzjoni m’għandhiex id-dmir li tinnotifika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.