+Artikolu 23 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom kif ġej:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew mal-impriżi tas-suq;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew impriżi tas-suq; jew

(d) 

b’applikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 23 2.

Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a) 

li jaċċessaw kwalunkwe dokument jew data fi kwalunkwe forma, jew jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b) 

li jitolbu jew jesiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li huma involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c) 

fir-rigward derivati dwar komoditajiet, li jitolbu informazzjoni minn parteċipanti tas-suq dwar swieq spot relatati skont il-formati standardizzati, jiksbu rapporti dwar tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d) 

li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet f’siti li ma jkunux residenzi privati ta’ persuni fiżiċi;

(e) 

bla ħsara għat-tieni subparagrafu, li jidħlu fl-istabbilimenti ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u data fi kwalunkwe forma fejn hemm suspett raġonevoli li dokumenti jew data marbutin mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti bħala evidenza ta’ każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

(f) 

li jirreferu kwistjonijiet għal investigazzjoni kriminali;

▼M5

(g) 

li jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet bit-telefown, komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords tat-traffiku tad-datamiżmumin minn kumpaniji tal-investiment, minn istituzzjonijiet tal-kreditu jew minn istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll minn amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew minn kontributuri taħt superviżjoni;

▼B

(h) 

li jitolbu, sa fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet, meta jeżisti suspett raġonevoli ta’ ksur u meta li tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15;

(i) 

li jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn;

(j) 

li jissospendu n-negozjar tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati;

(k) 

li jitolbu l-waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(l) 

li jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju tal-attività professjonali;

(m) 

li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-pubbliku ikun informat b’mod korrett, inter alia, billi jikkoreġu informazzjoni żvelata falza jew qarrieqa, inkluż billi kwalunkwe emittent jew persuna oħra li ppubblikaw jew xerrdu informazzjoni falza jew qarrieqa jintalbu jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva.

Meta f’konformità mal-liġi nazzjonali tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat biex jidħlu fl-istabbilitment ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil- punt (e) tal-ewwel subparagrafu, is-setgħa kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss wara li tkun inkisbet dik l-awtorizzazzjoni minn qabel.

Artikolu 23 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji regolati mill-awtoritajiet superviżorji maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 23 4.
Persuna li tqiegħed informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament m’għandhiex titqies li tkun kisret xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u dan m’għandu jinvolvi lill-persuna li tagħmel in-notifika f’ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.