|
+Artikolu 25 1. |
Artikolu 25 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-ESMA. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar. L-obbligu ta’ koperazzjoni u għajnuna stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-Kummissjoni b’rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar komoditajiet li huma prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE. L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu. Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|