+Artikolu 31 L-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.

Artikolu 31 L-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha sabiex japplikaw sanzjonijiet proporzjonati, inkluż, meta jkun xieraq:

(a) 

il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-solidità finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika jew mill-introjtu personali annwali ta’ persuna fiżika;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f) 

il-ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(g) 

il-miżuri meħudin mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu; u

(h) 

l-iżvantaġġ għall-persuna responsabbli għall-ksur li jirriżulta mid-duplikazzjoni ta’ proċedimenti kriminali u amministrattivi u penali għall-istess imġiba.

Artikolu 31 2.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn taħt l-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom, u s-sanzjonijiet amministrattivi li huma jimponu, u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jieħdu, ikunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom skont l-artikolu 25 biex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu sanzjonijiet u multi amministrattivi fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.