|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha sabiex japplikaw sanzjonijiet proporzjonati, inkluż, meta jkun xieraq:
(a)
il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(c)
is-solidità finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika jew mill-introjtu personali annwali ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(f)
il-ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
(g)
il-miżuri meħudin mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu; u
(h)
l-iżvantaġġ għall-persuna responsabbli għall-ksur li jirriżulta mid-duplikazzjoni ta’ proċedimenti kriminali u amministrattivi u penali għall-istess imġiba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|