Artikolu 38
▼M5
Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva sabiex temendah, jekk ikun xieraq. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, fost l-oħrajn:
▼B
(a)
kemm hu xieraq li jiġu introdotti regoli komuni dwar il-bżonn li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq;
(b)
jekk id-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata hijiex biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni kollha rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkumbattu b’mod effettiv l-abbuż tas-suq;
▼M5
(c)
jekk id-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċess imtawwal fl-Artikolu 17(1) toħloqx bilanċ adegwat bejn it-tnaqqis tal-piż għall-emittenti u li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment; u
(d)
il-proporzjonalità tal-ammonti assoluti, kif espressa fl-Artikolu 30(2), il-punti (j)(iii) u (iv), u l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.
▼M5 —————
▼B
Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha twettaq eżerċizzju ta’ mmappjar tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali kif jingħad f’dak l-Artikolu għal ksur ta’ dan ir-Regolament, tal-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet kriminali fi ħdan l-Istati Membri. Dak l-eżerċizzju għandu jinkludi wkoll kwalunkwe data disponibbli skont l-Artikolu 33(1) u (2).
▼M5
Sal-5 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tad-datadwar l-ordnijiet bejn is-swieq, l-impatt tiegħu fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jiżguraw superviżjoni effettiva, kif jinfurzaw tali mekkaniżmu, u l-merti tal-inklużjoni potenzjali tal-internalizzaturi sistematiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu.
▼M5
Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell tal-limiti stipulati fl-Artikolu 19(1a), il-punti (a) u (b), fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-maniġers fejn l-ishma tal-emittent jew l-istrumenti ta’ dejn jiffurmaw parti minn impriża ta’ investiment kollettiv jew jipprovdu espożizzjoni għal portafoll ta’ assi, bil-ħsieb li jiġi valutat jekk dan il-livell ikunx xieraq jew għandux jiġi aġġustat.
▼M1
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 għall-aġġustament tal-limiti fl-Artikolu 19(1a)(a) u (b), jekk tiddetermina f'dak ir-rapport li dawk il-limiti għandhom jiġu aġġustati.
▼B