+Artikolu 38 Rapporti

Artikolu 38 Rapporti

Artikolu 38

▼M5

Rapporti

Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva sabiex temendah, jekk ikun xieraq. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, fost l-oħrajn:

▼B

(a) 

kemm hu xieraq li jiġu introdotti regoli komuni dwar il-bżonn li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq;

(b) 

jekk id-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata hijiex biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni kollha rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkumbattu b’mod effettiv l-abbuż tas-suq;

▼M5

(c) 

jekk id-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċess imtawwal fl-Artikolu 17(1) toħloqx bilanċ adegwat bejn it-tnaqqis tal-piż għall-emittenti u li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment; u

(d) 

il-proporzjonalità tal-ammonti assoluti, kif espressa fl-Artikolu 30(2), il-punti (j)(iii) u (iv), u l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

▼M5 —————

▼B

Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha twettaq eżerċizzju ta’ mmappjar tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali kif jingħad f’dak l-Artikolu għal ksur ta’ dan ir-Regolament, tal-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet kriminali fi ħdan l-Istati Membri. Dak l-eżerċizzju għandu jinkludi wkoll kwalunkwe data disponibbli skont l-Artikolu 33(1) u (2).

▼M5

Sal-5 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tad-datadwar l-ordnijiet bejn is-swieq, l-impatt tiegħu fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jiżguraw superviżjoni effettiva, kif jinfurzaw tali mekkaniżmu, u l-merti tal-inklużjoni potenzjali tal-internalizzaturi sistematiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu.

▼M5

Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell tal-limiti stipulati fl-Artikolu 19(1a), il-punti (a) u (b), fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-maniġers fejn l-ishma tal-emittent jew l-istrumenti ta’ dejn jiffurmaw parti minn impriża ta’ investiment kollettiv jew jipprovdu espożizzjoni għal portafoll ta’ assi, bil-ħsieb li jiġi valutat jekk dan il-livell ikunx xieraq jew għandux jiġi aġġustat.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 għall-aġġustament tal-limiti fl-Artikolu 19(1a)(a) u (b), jekk tiddetermina f'dak ir-rapport li dawk il-limiti għandhom jiġu aġġustati.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.