+Artikolu 23 Pajjiżi terzi
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.
|
Artikolu 23 Pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Fejn l-uffiċċju rreġistrat ta’ emittent jinstab f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skont l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6) u l-Artikoli 14 sa 18, bil-kondizzjoni li l-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ pajjiż terz li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tikkunsidra bħala ekwivalenti.
L-awtorità kompetenti għandha mbagħad tgħarraf lill-AETS bl-eżenzjoni mogħtija.
L-informazzjoni koperta bir-rekwiżiti stabbiliti fil-pajjiż terz għandha tiġi depożitata f’konformità mal-Artikolu 19 u għandha tiġi żvelata f’konformità mal-Artikoli 20 u 21.
|
|
Artikolu 23 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, emittent li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun f'pajjiż terz għandu jkun eżentat milli jħejji d-dikjarazzjoni finanzjaja tiegħu skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 qabel is-sena finanzjarja li tibda nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2007, sakemm l-emittent iħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu skond standards aċċettati internazzjonalment kif jingħad fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-oriġini għandha tiżgura li l-informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li tista' tkun ta' importanza għall-pubbliku fil-Komunità tiġi żvelata skond l-Artikoli 20 u 21, anki jekk informazzjoni bħal din mhijiex informazzjoni regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(k).
|
|
Artikolu 23 4.
|
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni:
(i)
li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtiega taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz;
(ii)
li jiddikjaraw li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f’din id-Direttiva.
Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw l-evalwazzjoni ta’ standards relevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed.
▼M6
F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji dwar l-ekwivalenza tal-istandards kontabilistiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) ta’ din id-Direttiva u dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE li jintużaw minn emittenti ta’ pajjiżi terzi. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards kontabilistiċi jew l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ pajjiż terz ma jkunux ekwivalenti, hija tista’ tippermetti lill-emittenti kkonċernati jkomplu jużaw dawn l-istandards matul perjodu tranżitorju xieraq.
Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c) u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27a u 27b, miżuri mmirati lejn l-istabbiliment ta’ kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza fir-rigward tal-istandards kontabilistiċi u tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà rilevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed.
▼M6
Il-kriterji li l-Kummissjoni għandha tuża meta tivvaluta l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà użati mill-emittenti ta’ pajjiżi terzi msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom tal-inqas jiżguraw dan li ġej:
(a)
li l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jirrikjedu li l-impriżi jiddivulgaw informazzjoni dwar fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
(b)
li l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jirrikjedu li l-impriżi jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex jinftiehmu l-impatti fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni neċessarja sabiex jinftiehem kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta’ informazzjoni żvelata f’pajjiż terz li hija ta’ importanza għall-pubbliku fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Impriżi li l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jinsab f'pajjiż terz li kien ikollhom bżonn ta' awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE jew, fir-rigward tal-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-sezzjoni A ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE li kieku kellhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew, fil-każ biss ta' ditta ta' investiment, l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità għandhom ukoll jiġu eżentati milli jiġbru flimkien il-holdings mal-holdings ta' l-impriżi parent tagħhom skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12(4) u (5) sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' indipendenza bħala kumpanniji ta' ġestjoni jew bħala ditti ta' investiment.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq fis-finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jiddikjaraw li, permezz tal-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu, pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ta' rekwiżiti ta' indipendenza previsti taħt din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 23 8.
|
L-AETS għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|