|
+Artikolu 23 4. |
Artikolu 23 4.Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni:
(i)
li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtiega taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz;
(ii)
li jiddikjaraw li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f’din id-Direttiva. Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw l-evalwazzjoni ta’ standards relevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed. F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji dwar l-ekwivalenza tal-istandards kontabilistiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) ta’ din id-Direttiva u dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE li jintużaw minn emittenti ta’ pajjiżi terzi. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards kontabilistiċi jew l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ pajjiż terz ma jkunux ekwivalenti, hija tista’ tippermetti lill-emittenti kkonċernati jkomplu jużaw dawn l-istandards matul perjodu tranżitorju xieraq. Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c) u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27a u 27b, miżuri mmirati lejn l-istabbiliment ta’ kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza fir-rigward tal-istandards kontabilistiċi u tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà rilevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed. Il-kriterji li l-Kummissjoni għandha tuża meta tivvaluta l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà użati mill-emittenti ta’ pajjiżi terzi msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom tal-inqas jiżguraw dan li ġej:
(a)
li l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jirrikjedu li l-impriżi jiddivulgaw informazzjoni dwar fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
(b)
li l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jirrikjedu li l-impriżi jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex jinftiehmu l-impatti fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni neċessarja sabiex jinftiehem kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|