|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.L-Istat Membru kompetenti sabiex jirregola kwistjonijiet koperti f’din id-Direttiva għandu jkun l-Istat Membru li fih il-kumpanija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, u riferimenti għal-“liġi applikabbli” huma riferimenti għal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Kapitolu Ib, l-Istat Membru kompetenti għandu jkun definit kif ġej:
(a)
għal investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi, l-Istat Membru ta’ oriġini kif definit fi kwalunkwe att leġiżlattiv applikabbli tal-Unjoni speċifiku għal ċertu settur;
(b)
għal konsulenti f’materji relatati mal-vot, l-Istat Membru li fih il-konsulent f’materji relatati mal-vot ikollu uffiċċju reġistrat tiegħu jew, f’każ li l-konsulent f’materji relatati mal-vot m’għandux uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih il-konsulent f’materji relatati mal-vot ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, jew, f’każ li l-konsulent f’materji relatati mal-vot la jkollu uffiċċju reġistrat tiegħu u lanqas ma jkollu uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih huwa jkollu stabbiliment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|