+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 3a.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
---+Artikolu 1 7.
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tistabblixxi rekwiżiti fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti marbuta ma’ ishma ta’ votazzjoni fir-rigward tal-laqgħat ġenerali ta’ kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru. Hija tistabbilixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi sabiex jitħeġġeġ l-involviment tal-azzjonisti, b’mod partikolari fit-tul. Dawk ir-rekwiżiti speċifiċi japplikaw b’rabta mal-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti, it-trasparenza ta’ investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-konsulenti f’materji relatati mal-vot, ir-remunerazzjoni tad-diretturi u t-tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati.
|
|
Artikolu 1 2.
|
L-Istat Membru kompetenti sabiex jirregola kwistjonijiet koperti f’din id-Direttiva għandu jkun l-Istat Membru li fih il-kumpanija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, u riferimenti għal-“liġi applikabbli” huma riferimenti għal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Kapitolu Ib, l-Istat Membru kompetenti għandu jkun definit kif ġej:
(a)
għal investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi, l-Istat Membru ta’ oriġini kif definit fi kwalunkwe att leġiżlattiv applikabbli tal-Unjoni speċifiku għal ċertu settur;
(b)
għal konsulenti f’materji relatati mal-vot, l-Istat Membru li fih il-konsulent f’materji relatati mal-vot ikollu uffiċċju reġistrat tiegħu jew, f’każ li l-konsulent f’materji relatati mal-vot m’għandux uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih il-konsulent f’materji relatati mal-vot ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, jew, f’każ li l-konsulent f’materji relatati mal-vot la jkollu uffiċċju reġistrat tiegħu u lanqas ma jkollu uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih huwa jkollu stabbiliment.
|
|
Artikolu 1 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-Direttiva dawn it-tipi ta’ kumpaniji li jmiss:
▼M2
(a)
impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(b)
impriżi ta’ investiment kollettiv skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
▼B
|
|
Artikolu 1 3a.
|
Il-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu Ib.
|
|
Artikolu 1 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax f’każ tal-applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
).
|
|
Artikolu 1 5.
|
Il-Kapitolu Ia għandu japplika għall-intermedjarji sa fejn huma jipprovdu servizzi lil azzjonisti jew intermedjarji oħra fir-rigward ta’ ishma ta’ kumpaniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.
|
|
Artikolu 1 6.
|
Il-Kapitolu Ib għandu japplika għal:
(a)
investituri istituzzjonali, sakemm dawn jinvestu, direttament jew permezz ta’ maniġer tal-assi, f’ishma kkummerċjalizzati fuq suq regolat;
(b)
maniġers tal-assi, sakemm dawn jinvestu f’dawn l-ishma f’isem investituri; u
(c)
konsulenti f’materji relatati mal-vot, sakemm dawn jipprovdu servizzi lill-azzjonisti fir-rigward ta’ ishma ta’ kumpaniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.
|
|
Artikolu 1 7.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fi kwalunkwe att leġiżlattiv tal-Unjoni speċifiku għal ċertu settur li jirregola tipi speċifiċi ta’ kumpanija jew tipi speċifiċi ta’ entità. Fejn id-Direttiva tipprevedi regoli aktar speċifiċi jew iżżid rekwiżiti meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet stabbiliti b’kull att leġiżlattiv tal-Unjoni għal ċertu settur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod konġunt mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|