|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jmiss:
(a)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(b)
“azzjonist” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun rikonoxxuta bħala azzjonista skond il-liġi applikabbli;
(ċ)
“prokura” tfisser l-għoti ta’ setgħa mill-azzjonist lil persuna fiżika jew ġuridika biex din teżerċita d-drittijiet jew x’uħud mid-drittijiet ta’ l-azzjonist f’laqgħa ġenerali f’ismu;
(d)
“intermedjarju” tfisser persuna, bħal pereżempju ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), li tipprovdi servizzi ta’ kustodja ta’ ishma, amministrazzjoni ta’ ishma jew żamma ta’ kontijiet ta’ titoli f’isem l-azzjonisti jew persuni oħrajn;
(e)
“investitur istituzzjonali” tfisser:
(i)
impriża li twettaq attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), u ta’ riassigurazzjoni kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet ikopru obbligi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, u li mhjiex eskluża skont dik id-Direttiva;
(ii)
l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;
(f)
“maniġer tal-assi” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri, AIFM (maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta’ investiment li hija awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;
(g)
“konsulent f’materji relatati mal-vot” tfisser persuna ġuridika li tanalizza, fuq bażi professjonali u kummerċjali, l-iżvelar korporattiv u, meta jkun rilevanti, informazzjoni oħra ta’ kumpaniji kkwotati bl-għan li d-deċiżjonijiet dwar il-vot tal-investituri jkunu infurmati billi tipprovdi riċerka, pariri jew rakkomandazzjonijiet dwar il-votazzjoni li jikkonċernaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot;
(h)
“parti relatata” għandha l-istess tifsira bħal fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
(i)
“direttur” tfisser:
(i)
kwalunkwe membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ kumpanija;
(ii)
meta ma jkunux membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ kumpanija, l-uffiċjal kap eżekuttiv u, jekk tali funzjoni teżisti f’kumpanija, il-viċi uffiċjal kap eżekuttiv;
(iii)
meta dan ikun ġie deċiż minn Stat Membru, persuni oħra li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk imwettqa skont il-punt (i) jew (ii);
(j)
“informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti” tfisser informazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-identità ta’ azzjonist, inkluża, tal-anqas, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt (inkluż l-indirizz sħiħ u, meta jkun disponibbli, l-indirizz tal-email) tal-azzjonist, u, meta tkun persuna ġuridika, in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha, jew, jekk in-numru ta’ reġistrazzjoni ma jkunx disponibbli, l-identifikatur uniku tagħha, bħall-identifikatur tal-entità ġuridika;
(ii)
in-numru ta’ ishma miżmuma; u
(iii)
biss sakemm dawn ikunu mitluba mill-kumpanija, wieħed jew aktar mid-dettalji li ġejjin: il-kategoriji jew il-klassijiet tal-ishma miżmuma jew id-data li minnha l-ishma huma miżmuma. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|