+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 3a.
------+Artikolu 1 4.
------+Artikolu 1 5.
------+Artikolu 1 6.
------+Artikolu 1 7.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Aktar miżuri nazzjonali
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jmiss:
▼M2
(a)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
▼B
(b)
“azzjonist” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun rikonoxxuta bħala azzjonista skond il-liġi applikabbli;
(ċ)
“prokura” tfisser l-għoti ta’ setgħa mill-azzjonist lil persuna fiżika jew ġuridika biex din teżerċita d-drittijiet jew x’uħud mid-drittijiet ta’ l-azzjonist f’laqgħa ġenerali f’ismu;
▼M2
(d)
“intermedjarju” tfisser persuna, bħal pereżempju ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
) u depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), li tipprovdi servizzi ta’ kustodja ta’ ishma, amministrazzjoni ta’ ishma jew żamma ta’ kontijiet ta’ titoli f’isem l-azzjonisti jew persuni oħrajn;
(e)
“investitur istituzzjonali” tfisser:
(i)
impriża li twettaq attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
), u ta’ riassigurazzjoni kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet ikopru obbligi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, u li mhjiex eskluża skont dik id-Direttiva;
(ii)
l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;
(f)
“maniġer tal-assi” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri, AIFM (maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta’ investiment li hija awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;
(g)
“konsulent f’materji relatati mal-vot” tfisser persuna ġuridika li tanalizza, fuq bażi professjonali u kummerċjali, l-iżvelar korporattiv u, meta jkun rilevanti, informazzjoni oħra ta’ kumpaniji kkwotati bl-għan li d-deċiżjonijiet dwar il-vot tal-investituri jkunu infurmati billi tipprovdi riċerka, pariri jew rakkomandazzjonijiet dwar il-votazzjoni li jikkonċernaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot;
(h)
“parti relatata” għandha l-istess tifsira bħal fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
(i)
“direttur” tfisser:
(i)
kwalunkwe membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ kumpanija;
(ii)
meta ma jkunux membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ kumpanija, l-uffiċjal kap eżekuttiv u, jekk tali funzjoni teżisti f’kumpanija, il-viċi uffiċjal kap eżekuttiv;
(iii)
meta dan ikun ġie deċiż minn Stat Membru, persuni oħra li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk imwettqa skont il-punt (i) jew (ii);
(j)
“informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti” tfisser informazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-identità ta’ azzjonist, inkluża, tal-anqas, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt (inkluż l-indirizz sħiħ u, meta jkun disponibbli, l-indirizz tal-email) tal-azzjonist, u, meta tkun persuna ġuridika, in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha, jew, jekk in-numru ta’ reġistrazzjoni ma jkunx disponibbli, l-identifikatur uniku tagħha, bħall-identifikatur tal-entità ġuridika;
(ii)
in-numru ta’ ishma miżmuma; u
(iii)
biss sakemm dawn ikunu mitluba mill-kumpanija, wieħed jew aktar mid-dettalji li ġejjin: il-kategoriji jew il-klassijiet tal-ishma miżmuma jew id-data li minnha l-ishma huma miżmuma.
▼B
|
|
Artikolu 3 Aktar miżuri nazzjonali
|
Artikolu 3
Din id-Direttiva ma għandhiex iżomm lill-Istati Membri milli jimponu aktar obbligi fuq il-kumpaniji jew milli jieħdu aktar miżuri sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mill-azzjonisti, tad-drittijiet imsemmija f’din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|