+Artikolu 3b It-trażmissjoni ta’ informazzjoni
---+Artikolu 3b 1.
---+Artikolu 3b 2.
---+Artikolu 3b 3.
---+Artikolu 3b 4.
---+Artikolu 3b 5.
---+Artikolu 3b 6.
|
Artikolu 3b It-trażmissjoni ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jkunu mitluba jittrażmettu l-informazzjoni li ġejja, mingħajr dewmien, mill-kumpanija lill-azzjonisti jew lil parti terza nominata mill-azzjonist:
(a)
l-informazzjoni li l-kumpanija hija mitluba tipprovdi lill-azzjonist, biex l-azzjonist ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma tiegħu, u li tiġi diretta lill-azzjonisti kollha li jkollhom ishma ta’ dik il-klassi; jew
(b)
meta l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tkun disponibbli għall-azzjonisti fil-websajt tal-kumpanija, avviż li jindika fejn fuq il-websajt dik l-informazzjoni tista’ tinstab.
|
|
Artikolu 3b 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-kumpaniji jipprovdu lill-intermedjarji b’mod standardizzat u f’waqtu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew l-avviż imsemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 3b 3.
|
L-Istati Membri m’għandhomx jenħtieġu li l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew l-avviż msemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu tiġi trażmessa jew ipprovduta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 meta l-kumpanniji jibagħtu dik l-informazzjoni jew dak l-avviż direttament lill-azzjonisti kollha tagħhom jew parti terza nominata mill-azzjonist.
|
|
Artikolu 3b 4.
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intermedjarji jittrażmettu, mingħajr dewmien, lill-kumpanija, f’konformità mal-istruzzjonijiet riċevuti mill-azzjonisti, l-informazzjoni riċevuta mill-azzjonisti relatata mal-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma tagħhom.
|
|
Artikolu 3b 5.
|
Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ intermedjarji, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandha tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien, sakemm l-informazzjoni ma tistax tiġi trażmessa direttament mill-intermedjarju lill-kumpanija jew lill-azzjonist jew lil parti terza nominata mill-azzjonist.
|
|
Artikolu 3b 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-tipi u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, inklużi s-sigurtà u l-interoperabilità tagħhom, u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sal-10 ta’ Settembru 2018 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|