|
+Artikolu 9b 1. |
Artikolu 9b 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tfassal rapport ċar u li jiftiehem dwar ir-remunerazzjoni, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni, inklużi l-benefiċċji kollha f’kull forma, mogħtija jew dovuti matul is-sena finanzjarja l-aktar reċenti lid-diretturi individwali, inklużi lil diretturi rreklutati ġodda u lil diretturi preċedenti, f’konformità mal-politika ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 9a. Meta applikabbli, ir-rapport ta’ remunerazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja dwar ir-remunerazzjoni ta’ kull direttur individwali:
(a)
ir-remunerazzjoni totali mogħtija jew imħallsa f’partijiet skont il-komponent, il-proporzjon relattiv tar-remunerazzjoni fissa u varjabbli, spjegazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni totali tikkonforma mal-politika ta’ remunerazzjoni adottata, inkluż kif tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fit-tul tal-kumpanija, u informazzjoni dwar kif il-kriterji ta’ prestazzjoni ġew applikati;
(b)
il-bidla annwali fir-remunerazzjoni, tal-prestazzjoni tal-kumpanija, u tar-remunerazzjoni medja fuq bażi ekwivalenti għall-full-time tal-impjegati tal-kumpanija minbarra d-diretturi matul mill-anqas il-ħames snin finanzjarji l-aktar reċenti, ippreżentati flimkien b’mod li jippermetti li jitqabblu;
(c)
kull remunerazzjoni minn kull impriża li tappartjeni għall-istess grupp kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );
(d)
l-għadd ta’ ishma u l-għażliet ta’ ishma mogħtija jew offruti, u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżerċizzju tad-drittijiet inklużi l-prezz u d-data tal-eżerċizzju u kwalunkwe bidla li ssir fihom;
(e)
informazzjoni dwar l-użu tal-possibbiltà li r-remunerazzjoni varjabbli tintalab lura;
(f)
informazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-proċedura għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 9a(6) u dwar kwalunkwe deroga applikata f’konformità mal-Artikolu 9a(4), inkluża l-ispjegazzjoni tan-natura taċ-ċirkustanzi straordinarji u l-indikazzjoni tal-elementi speċifiċi li saret deroga minnhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|