|
+Artikolu 9c 4. |
Artikolu 9c 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati jkunu approvati mil-laqgħa ġenerali jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija skont proċeduri li jipprevjenu l-parti relatata milli tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali jkollhom id-dritt li jivvutaw dwar tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati li jkunu ġew approvati mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija. Meta t-tranżazzjoni ma’ parti relatata tinvolvi direttur jew azzjonist, id-direttur jew l-azzjonist m’għandux jipparteċipa fl-approvazzjoni jew fil-votazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-azzjonist li jkun parti relatata jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm il-liġi nazzjonali tiżgura salvagwardji adegwati li japplikaw qabel jew matul il-proċess tal-votazzjoni biex jitħarsu l-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, billi l-parti relatata ma titħalliex tapprova t-tranżazzjoni minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġoranza tal-azzjonisti li ma jkunux parti relatata jew minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġaronza tad-diretturi indipendenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|