+Artikolu 16 Eżenzjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali jkun f’pajjiż terz
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Eżenzjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali jkun f’pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Artikoli 5, 6, 12 u 15 ma għandhomx japplikaw għal ishma ta’ kumpanija ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali tal-ishma jkun jinstab f’f’pajjiż terz.
Artikolu 16 2.
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiddetermina, għal ishma ta’ kumpanija li jkunu nnegozjati f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni u ċentru f’pajjiż terz, għall-inqas kull sentejn, jekk iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ dawk l-ishma jkunx f’pajjiż terz.

L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe tali ishma identifikati li jkollhom is-suq prinċipali ta’ negozjar tagħhom f’pajjiż terz.

Kull sentejn l-AETS għandha tippubblika l-lista ta’ ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar jinstab f’pajjiż terz. Il-lista għandha tkun effettiva għal perijodu ta’ sentejn.

Artikolu 16 3.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-metodu biex jiġi ddeterminat iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ sehem.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16 4.

Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati:

(a) 

id-data li fiha u l-perijodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar għal sehem;

(b) 

id-data sa meta l-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS b’dawn l-ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar ikun f’pajjiż terz;

(c) 

id-data li minna l-lista għandha tkun effettiva wara l-pubblikazzjoni mill-AETS.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.