+Artikolu 41 Penali

Artikolu 41 Penali

Artikolu 41

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

B’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti rigward il-penali u miżuri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi sal-1 ta’ Lulju 2012 u għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet.

L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġorna regolarment lista penali jew miżuri amministrattivi applikabbli f’kull Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS kull sena b’informazzjoni aggregata rigward il-penali jew miżuri amministrattivi imposti. Jekk awtorità kompetenti tiddivulga lill-pubbliku l-fatt li penali jew miżura amministrattiva tkun ġiet imposta, hija għandha, kontemporanjamanet, tinnotifika lill-AETS dwar dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.