+KAPITOLU VI IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
---+Artikolu 32 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 33 Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 33 1.
------+Artikolu 33 2.
------+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 34 Segretezza professjonali
------+Artikolu 34 1.
------+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 35 Obbligu ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 36 Kooperazzjoni mal-AETS
---+Artikolu 37 Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal ispezzjonijiet fuq il-post jew investigazzjonijiet
------+Artikolu 37 1.
------+Artikolu 37 2.
------+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 38 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.
------+Artikolu 38 3.
------+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 39 Trasferiment u żamma ta’ dejta personali
---+Artikolu 40 Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi
---+Artikolu 41 Penali

KAPITOLU VI IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU VI IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 32

Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar għall-fini ta’ dan ir-Regolament.

Fejn Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jiddetermina biċ-ċar ir-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jaħtar l-awtorità li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn il-ħatriet.

Artikolu 33 Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti
Artikolu 34 Segretezza professjonali
Artikolu 35 Obbligu ta’ kooperazzjoni

Artikolu 35

Obbligu ta’ kooperazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw kull meta jkun meħtieġ jew meta jkun vantaġġjuż għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet li jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 36 Kooperazzjoni mal-AETS

Artikolu 36

Kooperazzjoni mal-AETS

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ twettaq dmirijietha b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal ispezzjonijiet fuq il-post jew investigazzjonijiet
Artikolu 38 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 39 Trasferiment u żamma ta’ dejta personali

Artikolu 39

Trasferiment u żamma ta’ dejta personali

Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali mill-AETS lill-Istati Membri jew pajjiż terz, l-AETS għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-dejta personali msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinżamm sa massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 40 Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi

Artikolu 40

Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi

Awtorità kompetenti tista’ tittrasferixxi lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz dejta u l-analiżi ta’ dejta fejn l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 jew 26 tad-Direttiva 95/46/KE jkunu sodisfatti iżda tali trasferiment għandu jsir fuq il-bażi ta’ każ b’każ biss. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jsir bil-ftehim li l-pajjiż terz ma għandux jittrasferixxi d-dejta lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-awtorità kompetenti.

Awtorità kompetenti għandha tiddivulga l-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 34 li rċeviet mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz meta l-awtorità kompetenti tkun kisbet il-ftehim espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun trażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tkun iddivulgata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.

Artikolu 41 Penali

Artikolu 41

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

B’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti rigward il-penali u miżuri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi sal-1 ta’ Lulju 2012 u għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet.

L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġorna regolarment lista penali jew miżuri amministrattivi applikabbli f’kull Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS kull sena b’informazzjoni aggregata rigward il-penali jew miżuri amministrattivi imposti. Jekk awtorità kompetenti tiddivulga lill-pubbliku l-fatt li penali jew miżura amministrattiva tkun ġiet imposta, hija għandha, kontemporanjamanet, tinnotifika lill-AETS dwar dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.