+Artikolu 10 Żvelar u preżentazzjoni ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 2a.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.

Artikolu 10 Żvelar u preżentazzjoni ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni biex twaqqaf gradazzjoni tal-kreditu, fuq bażi mhux selettiva u f’waqtha. Fl-eventwalità ta’ deċiżjoni biex titwaqqaf gradazzjoni tal-kreditu, l-informazzjoni żvelata għandha tinkludi raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-gradazzjonijiet tal-kreditu li jitqassmu b’abbonament.

Artikolu 10 2.
Aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżguraw li l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni huma ppreżentati u pproċessati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D tal-Anness I u m’għandhomx jippreżentaw fatturi oħra għajr dawk relatati mal-gradazzjonijiet tal-kreditu.
Artikolu 10 2a.
Sa meta jiġu żvelati lill-pubbliku l-gradazzjonijiet tal-kreditu, il-prospetti ta’ gradazzjoni u l-informazzjoni relatata magħhom, huma għandhom jitqiesu bħala informazzjoni minn ġewwa kif definita fid-Direttiva 2003/6/KE u f’konformita’ magħha.

L-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva għandu japplika mutatis mutandis għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fir-rigward tad-dmir tagħhom ta’ kunfidenzjalità, l-obbligu tagħhom li jżommu lista ta’ persuni li għandhom aċċess għall-gradazzjoni tal-kreditu, prospetti ta’ gradazzjoni jew informazzjoni relatata qabel l-iżvelar tagħhom.

Il-lista ta’ persuni li lilhom jiġu kkomunikati l-gradazzjoni tal-kreditu, il-prospetti ta’ gradazzjoni u l-informazzjoni relattiva għalihom qabel ma jiġu żvelati għandha tkun limitata għal persuni identifikati minn kull entità ggradata għal dak il-għan.

Artikolu 10 3.
Meta aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet ta’ kreditu għal ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ hija għandha tiżgura li l-kategoriji ta’ gradazzjoni li jiġu attribwiti għal ►M5  strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ jiġu differenzjati b’mod ċar permezz tal-użu ta’ simbolu addizzjonali li jiddistingwihom minn kategoriji ta’ gradazzjoni użati għal kwalunkwe entità, strument finanzjarju jew obbligi finanzjarji oħrajn;
Artikolu 10 4.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela l-politiki u l-proċeduri tagħha dwar il-gradazzjonijiet ta’ kreditu mhux mitluba.
Artikolu 10 5.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjoni tal-kreditu mhux solleċitata, hija għandha tiddikjara b’mod prominenti fil-gradazzjoni tal-kreditu,billi tuża kodiċi tal-kulur differenti u distingwibbli b’mod ċar għall-kategorija tal-gradazzjoni, kemm jekk l-entità ggradata jew parti terza relatata ħadu sehem fil-proċess tal-gradazzjoni jew le u jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu kellhiex aċċess għall-kontijiet u għad-dokumenti tal-maniġment u dokumenti oħra interni rilevanti għall-entità ggradata jew parti terza relatata.

▼B

Il-gradazzjonijiet ta’ kreditu mhux issolleċitati għandhom ikunu identifikati bħala tali.

Artikolu 10 6.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandhiex tuża l-isem tal-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti b’tali mod li jkun indikat jew issuġġerit endorsjar jew approvazzjoni, minn l-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti, tal-gradazzjonijiet tal-kreditu jew kwalunkwe attività ta’ gradazzjoni tal-kreditu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.