+Artikolu 13a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq l-ESAP
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
---+Artikolu 13a 5.
---+Artikolu 13a 6.
|
Artikolu 13a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq l-ESAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13a 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(6) u (7), l-Artikolu 8a(1) u (3), l-Artikolu 10(1), u (4), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali;
(vi)
il-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(vii)
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 13a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 13a 3.
|
Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
|
|
Artikolu 13a 4.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8d(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 11a(1) u (2), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 36d(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 13a 5.
|
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika dan li ġej:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 13a 6.
|
Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|