|
+Artikolu 13a 1. |
Artikolu 13a 1.Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(6) u (7), l-Artikolu 8a(1) u (3), l-Artikolu 10(1), u (4), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali;
(vi)
il-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(vii)
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|