|
+Artikolu 4 6. |
Artikolu 4 6.Amministratur għandu jistabbilixxi u jopera politiki u proċeduri adegwati, kif ukoll arranġamenti organizzattivi effettivi, għall-identifikazzjoni, l-iżvelar, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni ta' kunflitti ta' interess sabiex jiġu protetti l-integrità u l-indipendenza ta' determinazzjonijiet tal-parametri referenzjarji. Tali politiki u proċeduri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment. Il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu u jindirizzaw il-kunflitti ta' interess, il-livell ta' diskrezzjoni eżerċitata fil-proċess ta' determinazzjoni tal-parametru referenzjarju u r-riskji li joħloq il-parametru referenzjarju, u għandhom:
(a)
jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkontribwita lill-amministratur jew prodotta minnu, soġġett għall-obbligi tal-iżvelar u tat-trasparenza taħt dan ir-Regolament; u
(b)
speċifikament jimmitigaw il-kunflitti ta' interess minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur, jew minħabba interessi oħra fil-grupp tal-amministratur jew b'riżultat ta' persuni oħra li jistgħu jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq l-amministratur f'dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|