|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Il-forniment ta' parametru referenzjarju għandu jkun regolat bir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tad-data tal-input tiegħu:
(a)
id-data tal-input għandha tkun suffiċjenti biex tirrappreżenta b'mod eżatt u affidabbli is-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel. Id-data tal-input għandha tkun data tat-tranżazzjonijiet, jekk disponibbli u xierqa. Jekk id-data tat-tranżazzjonijiet ma tkunx suffiċjenti jew ma tkunx xierqa biex tirrappreżenta b'mod eżatt u affidabbli s-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju hu maħsub biex ikejjel, tista' tintuża data tal-input li ma tkunx data tat-tranżazzjonijiet, inklużi stimi ta' prezzijiet, kwotazzjonijiet u kwotazzjonijiet impenjati, jew valuri oħrajn;
(b)
id-data tal-input imsemmija fil-punt (a) għandha tkun verifikabbli;
(c)
l-amministratur għandu jfassal u jippubblika linji gwida ċari dwar it-tipi ta' data tal-input, il-prijorità tal-użu ta' tipi differenti ta' data tal-input u l-eżerċizzju ta' ġudizzju espert, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-punt (a) u l-metodoloġija;
(d)
meta parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq data tal-input minn kontributuri, l-amministratur għandu jikseb, meta jkun xieraq, id-data tal-input minn panel jew kampjun affidabbli u rappreżentattiv ta' kontributuri sabiex jiżgura li l-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun affidabbli u rappreżentattiv tas-suq jew tar-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel;
(e)
amministratur ma għandux juża data tal-input minn kontributur jekk l-amministratur ikollu kwalunkwe indikazzjoni li l-kontributur ma jikkonformax mal-kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 15, u f'tali każ għandu jottjeni data disponibbli pubblika rappreżentattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|