+Artikolu 12 Metodoloġija
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12 Metodoloġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Amministratur għandu juża metodoloġija għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju li:
(a)
tkun robusta u affidabbli;
(b)
ikollha regoli ċari li jidentifikaw kif u meta tista' tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni fid-determinazzjoni ta' dak il-parametru referenzjarju;
(c)
tkun rigoruża, kontinwa u kapaċi għal validazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ittestjar retrospettiv ma' data tat-tranżazzjonijiet disponibbli;
(d)
tkun reżiljenti u tiżgura li l-parametru referenzjarju jista' jiġi kkalkolat fl-aktar sett wiesa' ta' ċirkostanzi possibbli, mingħajr ma tikkomprometti l-integrità tiegħu;
(e)
tkun traċċabbli u verifikabbli.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Meta jiżviluppa l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu:
(a)
iqis il-fatturi inklużi d-daqs u l-likwidità normali tas-suq, it-trasparenza tan-negozjar u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, id-dinamika tas-suq, u l-adegwatezza ta' kwalunkwe kampjun li jirrappreżenta s-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa intenzjonat li jkejjel;
(b)
jiddetermina x'jikkostitwixxi suq attiv għall-finijiet ta' dak il-parametru referenzjarju; u
(c)
jistabbilixxi l-prijorità mogħtija lil tipi differenti ta' data tal-input.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Amministratur għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti ppubblikati ċari li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-kwantità jew il-kwalità tad-data tal-input jaqgħu taħt l-istandards meħtieġa għall-metodoloġija sabiex il-parametru referenzjarju jiġi determinat b'mod eżatt u affidabbli, u li jiddeskrivu jekk u kif il-parametru referenzjarju se jiġi kkalkolat f'tali ċirkostanzi.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 tkun konformi mal-punti (a) sa (e) ta’ dak il-paragrafu. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|