|
+Artikolu 16 2. |
Artikolu 16 2.Kontributur taħt superviżjoni għandu jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli effettivi sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-affidabbiltà tal-kontribuzzjonijiet kollha ta' data tal-input lill-amministratur, inklużi:
(a)
kontrolli dwar min jista' jissottometti data tal-input lil amministratur, inkluż, meta jkun proporzjonat, proċess ta' ffirmar minn persuna fiżika li jkollha pożizzjoni fi grad ogħla dik tas-sottomettenti;
(b)
taħriġ xieraq għas-sottomettenti, li jkopri tal-anqas dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 596/2014;
(c)
miżuri għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, inkluża separazzjoni organizzattiva tal-impjegati meta jkun xieraq u kunsiderazzjoni ta' kif jitneħħew inċentivi, maħluqa mill-politiki ta' remunerazzjoni, biex jiġi mmanipulat kwalunkwe parametru referenzjarju;
(d)
żamma ta' rekords, għal perjodu xieraq ta' żmien, tal-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-forniment tad-data tal-input, ta' kull informazzjoni użata biex il-kontributur ikun jista' jagħmel kull sottomissjoni, u ta' kull kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali, inkluż, iżda mhux limitat għal, l-esponiment tal-kontributur għal strumenti finanzjarji li jużaw parametru referenzjarju bħala referenza;
(e)
iż-żamma ta' rekords ta' awditi interni u esterni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|