+Artikolu 19a Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi
---+Artikolu 19a 1.
---+Artikolu 19a 2.
---+Artikolu 19a 3.
---+Artikolu 19a 4.
---+Artikolu 19a 5.
|
Artikolu 19a Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19a 1.
|
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw għall-forniment ta’, u għall-kontribuzzjoni għal, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, flimkien mar-rekwiżiti tat-Titoli II, III u IV.
|
|
Artikolu 19a 2.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istandards minimi għal Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi biex tispeċifika:
(a)
il-kriterji għall-għażla tal-assi sottostanti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe kriterju sabiex jiġu esklużi assi;
(b)
il-kriterji u l-metodu għall-ponderazzjoni tal-assi sottostanti fil-parametru referenzjarju;
(c)
id-determinazzjoni tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għal Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE.
|
|
Artikolu 19a 3.
|
L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jipprovdu Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ April 2020.
|
|
Artikolu 19a 4.
|
L-amministraturi li mhumiex inklużi fir-reġistru tal-ESMA msemmi fl-Artikolu 36 ma għandhomx:
(a)
jipprovdu jew japprovaw Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
(b)
jindikaw jew jissuġġerixxu, f’isem il-parametri referenzjarji li jagħmlu disponibbli għall-użu fl-Unjoni jew fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-parametri referenzjarji, li l-parametri referenzjarji li jagħmlu disponibbli jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-forniment ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.
|
|
Artikolu 19a 5.
|
L-amministraturi għandhom jinkludu l-akronimu “CTB” fl-isem tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-akronimu “PAB” fl-isem tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|